Nemmen f’Alla wieħed il-Missier li jista’ kollox, Ħallieq tas-sema u l-art, u l-ħwejjeġ kollha viżibbli u inviżibbli.
U f’Mulej wieħed Ġesu’ Kristu, l-Iben uniġenitu t’Alla, imnissel minn Missieru qabel kull żmien; Alla minn Alla, Dawl minn Dawl, Alla veru minnn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier; li bih sar kollox.
Għalina l-bnedmin u għas-salvazzjoni tagħna niżel mis-smewwiet, u kien inkarnat mill-verġni Marija bl-Ispirtu s-Santu, u kien magħmul bniedem; mislub, ukoll għalina, taħt Ponzju Pilatu. Bata u kien midfun; u t-tielet jum qam minn bejn l-imwiet skond l-Iskritturi. Tela’ fis-smewwiet, u qiegħed fuq il-leminija tal-Missier. U għad jerġa’ jiġi fil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u l-mejtin; is-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.
U nemmen fl-Ispirtu s-Santu, il-Mulej li jagħti l-ħajja, li jipproċiedi mill-Missier u mill-Iben, li hu meqjum u glorifikat flimkien mal-Missier u ma’ l-Iben, li tkellem permezz tal-profeti. U nemmen fi knisja waħda kattolika u appostolika; nistqarr magħmudija waħda għall-maħfra tad-dnubiet; u nistenna l-qawmien mill-imwiet, u l-ħajja taż-żmien li ġej.
Copied by permission.
Traduzzjoni ta’ Paul Mizzi. Il-jeddijiet kollha mizmuma.
Ebda parti minn dan il-ktieb ma tista’ tigi riprodotta f’xi forma
minghajr il-permess bil-miktub tat-traduttur (http://www.tecmalta.org/).