Jiena nemmen f’Alla, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u l-art.
U f’Ġesu’ Kristu l-Iben waħdieni tiegħu, Sidna; li kien ikkonċeput mill-Ispirtu s-Santu; twieled mill-verġni Marija. Bata taħt Ponzju Pilatu; sallbuh, miet u difnuh; niżel f’Ħades. Mat-tielet jum qam minn bejn l-imwiet. Tela’ fis-smewwiet, u qiegħed fuq il-leminija t’Alla, il-Missier li jista’ kollox. Minn hemm għandu jerġa’ jiġi biex jagħmel il-ħaqq mill-ħajjin u l-mejtin.
Nemmen fl-Ispirtu s-Santu, il-knisja mqaddsa kattolika, ix-xirka tal-qaddisin, il-maħfra tad-dnubiet, il-qawma mill-imwiet, u l-ħajja ta’ dejjem. Amen.
Copied by permission.
Traduzzjoni ta’ Paul Mizzi. Il-jeddijiet kollha mizmuma.
Ebda parti minn dan il-ktieb ma tista’ tigi riprodotta f’xi forma
minghajr il-permess bil-miktub tat-traduttur (http://www.tecmalta.org/).