Menu Close

Il-Kateckizmu ta’ Heidelberg

Traduzzjoni ta’ Paul Mizzi

1. X’inhu l-uniku faraġ tiegħek fil-ħajja u fil-mewt?

Li m’inix tiegħi nnifsi (I Kor. 6:19-20), i

żda b’ġismi u ruħi, fil-ħajja u l-mewt (Rum. 14:7-9), ninsab fi ħdan is-Salvatur fidil tiegħi, Ġesù Kristu (I Kor. 3:23; Tit. 2:14), li ħallas kompletament għal dnubieti kollha b’demmu prezzjuż (I Pt. 1:18-19; I Ġw. 1:7-9; 2:2), u ħelisni mit-tirannija tax-xitan (Ġw. 8:34-36; Lhud 2:14-15; I Ġw. 3:1-11). Jgħasses ukoll fuqi b’tali mod (Ġw. 6:39-40; 10:27-30; II Tess.3:3; I Pt. 1:5) li xagħra waħda minn rasi ma taqgħax mingħajr ir-rieda ta’ Missieri fis-smewwiet (Mt. 10:29-31; Lq. 21:16-18): difatti, il-ħwejjeġ kollha jeħtieġ jaħdmu flimkien għas-salvazzjoni tiegħi (Rum. 8:28). Għalhekk Kristu, bl-Ispirtu s-Santu tiegħu, jassigurani mill-ħajja eterna (Rum. 8:15-16; II Kor. 1:21-22; 5:5; Ef. 1:13-14) u jagħmilni rrid b’qalbi kollha u lest minn issa ’l quddiem li ngħix għalih (Rum.8:1-17).

2. X’jeħtieġlek tkun taf biex tgħix u tmut fl-hena ta’ dan il-faraġ?

Tlett ħwejjeġ: l-ewwelnett, kemm huma kbar id-dnub u l-miżerja tiegħi (Rum. 3:9-10; I Ġw. 1:10); it-tieni, kif jien meħlus mid-dnubiet u l-miżerja kollha tiegħi (Ġw. 17:3; Atti 4:12; 10:43); u t-tielet, kif imissni nirringrazzja ’l Alla għal dan il-ħelsien (Mt. 5:16; Rum. 6:13; Ef. 5:8-10; II Tim. 2:15; I Pt. 2:9-10).

IL-MIŻERJA TAL-BNIEDEM

3. Mnejn issir taf bil-mi

żerja tiegħek?

Mil-Liġi t’Alla (Rum. 3:20; 7:7-25).

4. X’tirrekjiedi minna l-Liġi t’Alla?

Kristu jgħallimna dan fil-qosor f’Mattew 22: Ħobb il-Mulej Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha u b’moħħok kollu u bil-qawwa tiegħek kollha (Dewt. 6:5). Dan hu l-ewwel u l-akbar kmandament. U t-tieni bħalu: Ħobb lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek (Lev. 19:18). Il-Liġi kollha u l-profeti jserrħu fuq dawn i

ż-żewġ kmandamenti.

5. Għandek ħila tosserva dan kollu perfettament?

B’ebda mod (Rum. 3:9-20; I Ġw. 1:8, 10), għax għandi tendenza naturali li nobgħod ’l Alla u l-proxxmu tiegħi (Ġen. 6:5; Ġer. 17:9; Rum. 7:23-24; 8:7; Ef. 2:1-3; Tit. 3:3).

6. Allura Alla ħalaq lill-bniedem hekk ħa

żin u pervers?

Lanqas xejn. Alla ħalaq il-bniedem tajjeb (Ġen. 1:31) u fuq ix-xbieha tiegħu (Ġen. 1:26-27), jiġifieri b’ġustizzja u qdusija vera (Ef. 4:24), biex ikun jaf sewwa ’l Alla l-Ħallieq tiegħu (Kol. 3:10), iħobbu b’qalbu kollha, u jgħix miegħu f’hena eterna ħalli jfaħħru u jsebbħu (Salm 8).

7. Mela mnejn tiġi din in-natura umana depravata?

Mill-waqgħa u d-di

żubbidjenza ta’ l-ewwel ġenituri tagħna, Adam u Eva, fil-ġenna ta’ l-art (Ġen. 3). Din il-waqgħa tant ħassret in-natura tagħna (Rum. 5:12, 18-19) illi lkoll nitnisslu u nitwieldu fid-dnub (Salm 51:5).

8. Imma allura ninsabu tant korrotti li m’aħniex kapaċi totalment nagħmlu kwalunkwe ħaġa tajba u mixħutin lejn kull ħa

żen?

Iva (Ġen. 6:5; 8:21; Ġob 14:4; Isa. 53:6), jekk kemm-il darba ma nkunux imwielda mill-ġdid bl-Ispirtu t’Alla (Ġw. 3:3-5).

9. Allura Alla ma jimxix magħna b’inġustizzja filli jirrekjiedi fil-Liġi tiegħu dak li m’aħniex kapaċi nagħmlu?

Lanqas xejn, għax Alla ħalaq lill-bniedem bl-abbiltà li j

żomm il-Liġi (Ġen. 1:31; Ef. 4:24). Madankollu, imġarrab mix-xitan (Ġen. 3:13; Ġw. 8:44), il-bniedem ippriva lilu nnifsu u lid-dixxendenti kollha tiegħu minn din il-qawwa (Rum. 5:12, 18-19) bid-diżubbidjenza stinata tiegħu (Ġen. 3:6).

10. Alla jħalli t-tali di

żubbidjenza u apostasija bla ma jkunu kkastigati?

Da

żgur li le. Alla jinsab mgħaddab terribbilment minħabba d-dnub li nitwieldu bih kif ukoll bid-dnubiet li nagħmlu personalment. Bħala Mħallef ġust jikkastigahom issa u fl-eternità (Esodu 34:7; Salm 5:4-6; Naħ. 1:2; Rum. 1:18; Ef. 5:6; Lhud 9:27), bħalma ddikjara: “Misħut kull min ma jkomplix jagħmel kull ħaġa miktuba fil-Ktieb tal-Liġi” (Gal. 3:10; Dewt. 27:26).

11. Imma Alla mhux ħanin ukoll?

Alla tabilħaqq mimli ħniena (Es. 34:6-7; Salm 103:8-9), i

żda wkoll ġust (Es. 34:7; Dewt. 7:9-11; Salm 5:4-6; Lhud 10:30-31). Għaldaqstant il-ħaqq tiegħu jiddomanda li d-dnub, magħmul kontra l-majestà suprema tiegħu, ikun ikkastigat bil-piena estrema, jiġifieri bil-kastig etern tal-ġisem u r-ruħ (Mt. 25:35-46).

IL-FIDWA TAL-BNIEDEM

12. Skond il-ħaqq ġust t’Alla jistħoqqilna l-kastig kemm f’din id-dinja u għal dejjem: kif mela nistgħu naħarbu dal-kastig u nintlaqgħu fil-favur tiegħu?

Alla jirrekjiedi li l-ġustizzja tiegħu tkun sodisfatta (Esodu 23:7; Rum. 2:1-11). Għalhekk id-domandi tal-ġustizzja tiegħu jeħtieġ ikunu sodisfatti għalkollox, minna nfusna jew inkella minn ħaddieħor (Isa. 53:11; Rum. 8:3-4).

13. Nistgħu nħallsu dan id-dejn aħna nfusna?

Żgur li le; għall-kuntrarju, ta’ kuljum inkattru l-ħtija tagħna (Mt. 6:12; Rum. 2:4-5).

14. Tista’ xi ħlejqa oħra tħallas id-dejn għalina?

Le; għax l-ewwelnett, Alla mhux se jikkastiga ħlejqa oħra għall-ħtija li l-bniedem ġab fuqu nnifsu (Eżek. 18:4, 20; Lhud 2:14-18). Barra minn hekk, ebda sempliċi kreatura mhi kapaċi ġġorr it-toqol ta’ l-għadab etern t’Alla kontra d-dnub, u teħles lil ħaddieħor minnu (Salm 49:7-9; 130:3).

15. Mela liema medjatur u ħellies imissna nfittxu?

Wieħed li hu verament uman (Rum. 1:3; I Kor. 15:21; Lhud 2:17) u tabilħaqq ġust (Isa. 53:9; II Kor. 5:21; Lhud 7:26), u madankollu iżjed b’saħħtu mill-ħlejjaq kollha, jiġifieri, wieħed li huwa fl-istess ħin Alla veru (Isa. 7:14; 9:6; Ġer. 23:6; Ġw. 1:1).

16. Għaliex irid ikun verament uman u ġust?

Għax il-ġustizzja t’Alla tisħaq li n-natura umana, li dinbet, trid tħallas hi stess għad-dnub (Rum. 5:12, 15; I Kor. 15:21; Lhud 2:14-16); u għax ebda bniedem midneb ma jista’ qatt jagħmel sodisfazzjon għal ħaddieħor (Lhud 7:26-27; I Pt. 3:18).

17. Għaliex irid ikun ukoll Alla veru?

Biex bis-setgħa tad-divinità tiegħu jkun jista’, fl-umanità tiegħu, jitgħabba bit-toqol tar-rabja t’Alla u hekk jaqlagħlna u jirrestawralna l-ġustizzja u l-ħajja (Isa. 53; Ġw. 3:16; II Kor. 5:21).

18. Min hu, allura, dan il-medjatur, Alla veru u fl-istess ħin verament uman u bla dnub?

Sidna Ġesù Kristu (Mt. 1:21-23; Lq. 2:11; I Tim. 2:5), li ngħatalna liberament ħalli jifdina kompletament u jagħmilna sewwa m’Alla (I Kor. 1:30).

19. Kif tafu dan?

Mill-Evanġelju Mqaddes. Alla beda jirrivelah l-ewwel fl-Għeden (Ġen. 3:15), u aktar tard xandru permezz tal-patrijarki (Ġen. 22:18; 44:10) u l-profeti qaddisa (Isa. 53; Ġer. 23:5-6; Mik. 7:18-20; Atti 10:43; Lhud 1:1-2), u esibih bis-sagrifiċċji u ċerimonji oħra tal-Liġi (Lev. 1-7; Ġw. 5:46; Lhud 10:1-10). Finalment wettqu f’Ibnu l-maħbub (Rum. 10:4; Gal. 4:4-5; Kol. 2:17).

20. Allura l-bnedmin kollha huma salvati bi Kristu bħalma kulħadd kien mitluf f’Adam?

Le. Huma salvati biss dawk li b’fidi vera huma mlaqqma fi Kristu u jirċievu l-benefiċċji kollha tiegħu (Mt. 7:14; Ġw. 3:16, 18, 36; Rum. 11:16-21).

21. X’inhi fidi vera?

Mhix sempliċement it-tagħrif u l-konvinzjoni li kulma jirrivela Alla fil-Kelma tiegħu huwa minnu (Ġw. 17:3, 17; Lhud 11:1-3; Ġak. 2:19); hija wkoll assigurazzjoni b’egħruq fil-fond (Rum. 4:18-21; 5:1; 10:10; Lhud 4:14-16), maħluqa fija mill-Ispirtu s-Santu (Mt. 16:15-17; Ġw. 3:5; Atti 16:14) permezz ta’ l-Evanġelju (Rum. 1:16; 10:17; I Kor. 1:21), li, bi grazzja pura maqlugħa għalina minn Kristu (Rum. 3:21-26; Gal. 2:16; Ef. 2:8-10), mhux ħaddieħor biss, imma jien ukoll (Gal. 2:20) għandi dnubieti maħfura, ninsab għal dejjem sewwa m’Alla, u mogħti s-salvazzjoni b’xejn (Rum. 1:17; Lhud 10:10).

22. X’imissu mela jemmen il-Kristjan?

Kwalunkwe ħaġa li Alla wegħdna fl-Evanġelju (Mt. 28:18-20; Ġw. 20:30-31), miġbura fil-qosor għalina fl-artikli tal-fidi Kristjana, kredu ċert u kattoliku.

23. X’inhuma dawn l-artikli?

Jiena nemmen f’Alla, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u l-art.

U f’Ġesù Kristu l-Iben uniġenitu tiegħu, Sidna; li kien ikkonċeput mill-Ispirtu s-Santu; twieled mill-verġni Marija. Bata taħt Ponzju Pilatu; sallbuh, miet u difnuh; niżel f’Ħades. Mat-tielet jum qam minn bejn l-imwiet. Tela’ fis-smewwiet, u qiegħed fuq il-leminija t’Alla, il-Missier li jista’ kollox. Minn hemm għandu jerġa’ jiġi biex jagħmel il-ħaqq mill-ħajjin u l-mejtin.

Nemmen fl-Ispirtu s-Santu, il-knisja mqaddsa kattolika, ix-xirka tal-qaddisin, il-maħfra tad-dnubiet, il-qawma mill-imwiet, u l-ħajja ta’ dejjem. Amen.

24. Kif inhuma mqassma dawn l-artikli?

Fi tlett partijiet: Alla l-Missier u l-ħolqien tagħna; Alla l-Iben u l-fidwa tagħna; Alla l-Ispirtu s-Santu u t-taqdis tagħna.

25. Ladarba hemm Alla wieħed waħdu (Dewt. 6:4; I Kor. 8:4,6), għaliex issemmi tlieta: il-Missier, l-Iben, u l-Ispirtu s-Santu?

Għax Alla hekk irrevela lilu nnifsu fil-Kelma tiegħu (Mt. 3:16-17; 28:18-19; Lq. 4:18; Isa. 61:1; Ġw. 14:26; 15:26; II Kor. 13:14; Gal. 4:6; Tit. 3:5-6): dawn it-tlett Persuni distinti huma Alla wieħed, veru u etern.

Alla l-Missier

26. X’temmen meta tgħid, Nemmen f’Alla, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u l-art?

Li l-Missier etern ta’ Sidna Ġesù Kristu, li mix-xejn ħalaq is-smewwiet u l-art u kulma fihom (Ġen. 1-2; Esodu 20:11; Salm 33:6; Isa. 44:24; Atti 4:24; 14:15), li għadu j

żommhom u jiggvernahom bil-fehma eterna u l-providenza tiegħu (Salm 104; Mt. 6:30; 10:29; Ef. 1:11), huwa Alla tiegħi u Missieri minħabba Kristu Ibnu (Ġw. 1:12-13; Rum. 8:15-16; Gal. 4:4-7; Ef. 1:5). Nafda fih tant li m’għandi ebda dubju li jipprovdili kulma neħtieġ għal ġismi u ruħi (Salm 55:22; Mt. 6:25-26; Lq. 12:22-31), u jaqleb għall-ġid tiegħi kwalunkwe avversità li jibgħatli f’dan il-wied ta’ dmugħ (Rum. 8:28). Kapaċi jagħmel dan għax hu Alla omnipotenti (Ġen. 18:14; Rum. 8:31-39); u jrid jagħmel dan għax hu Missier fidil (Mt. 7:9-11).

27. X’tifhem bil-providenza t’Alla?

Il-providenza hi l-qawwa t’Alla, li tista’ kollox u tinsab kullimkien (Ġer. 23:23-24; Atti 17:24-28), li biha j

żomm, bħallikieku b’idu, is-smewwiet u l-art u l-ħlejjaq kollha (Lhud 1:3), u jaħkimhom b’tali mod li xitel u ħaxix, xita u nixfa, snin għammiela u ħawlija, ikel u xorb, saħħa u mard, risq u faqar (Ġer. 5:24; Atti 14:15-17; Ġw. 9:3; Prov. 22:2), infatti l-ħwejjeġ kollha jiġrulna mhux bix-xorti (Prov.16:33), imma bl-id paterna tiegħu (Mt. 10:29).

28. X’jiswielna nkunu nafu li Alla ħalaq u bil-providenza tiegħu għadu j

żomm kollox?

Nistgħu nistabru meta naqgħu fil-gwaj (Ġob 1:21-22; Ġak. 1:3), inkunu grati meta kollox imur sewwa (Dewt. 8:10; I Tess. 5:18), u għall-ġejjieni jkollna konfidenza tajba f’Alla u Missierna fidil li xejn mhu se jisseparana minn imħabbtu (Salm 55:22; Rum. 5:3-5; 8:38-39), peress li l-ħlejjaq kollha huma tant kompletament f’idu li mingħajr ir-rieda tiegħu la jistgħu jitħarrku u lanqas ikunu mħarrka (Ġob 1:12; 2:6; Prov.21:1; Atti 17:24-28).

Alla l-Iben

29. Għaliex l-Iben t’Alla hu msejjaħ Ġesù, jiġifieri Salvatur?

Għax isalvana minn dnubietna (Mt. 1:21; Lhud 7:25). F’ħadd i

żjed ma tinstab is-salvazzjoni; inutli nfittxuha band’ oħra (Isa. 43:11; Ġw. 15:5; Atti 4:11-12; I Tim. 2:5).

30. Allura dawk li jfittxu s-salvazzjoni u s-sigurtà tagħhom fil-qaddisin, fihom infushom jew x’imkien ieħor, jemmnu tabilħaqq fl-uniku Salvatur Ġesù?

Le. Avolja jistgħu jiftaħru li huma tiegħu, b’għemilhom jiċħdu ’l Ġesù, l-uniku Salvatur u Ħellies (I Kor. 1:12-13; Gal. 5:4). Għax jew Ġesù mhuwiex Salvatur perfett, inkella dawk li b’fidi vera jilqgħu lil dan is-Salvatur isibu fih kulma jeħtieġu għas-salvazzjoni tagħhom (Kol. 1:19-20; 2:10; I Ġw. 1:7).

31. Għaliex hu msejjaħ Kristu, jiġifieri midluk?

Għax kien maħtur minn Alla l-Missier u midluk bl-Ispirtu s-Santu (Lq. 3:21-22; 4:14-19; Isa.61:1; Lhud 1:9; Salm 45:7) biex ikun il-Profeta ewlieni u l-Għalliem tagħna (Atti 3:22; Dewt. 18:15) li jirrivelalna perfettament il-fehma sigrieta u r-rieda t’Alla rigward il-fidwa tagħna (Ġw. 1:18; 15:15); l-uniku Qassis il-Kbir tagħna (Lhud 7:17; Salm 110:4) li lliberana bis-sagrifiċċju wieħed ta’ ġismu (Lhud 9:12; 10:11-14), u li kontinwament jinterċiedi għalina quddiem il-Missier (Rum. 8:34; Lhud 9:24); u s-Sultan etern tagħna (Mt. 21:5; Żakk. 9:9) li jiggvernana bil-Kelma u l-Ispirtu tiegħu, u jiddefendina u jżommna fis-salvazzjoni li kisbilna (Mt. 28:18-20; Ġw. 10:28; Riv. 12:10-11).

32. Imma għaliex int imsejjaħ Kristjan?

Għax bil-fidi jien membru ta’ Kristu (I Kor. 12:12-27) u allura għandi sehem mill-unzjoni tiegħu (Atti 2:17; Ġoel 2:28; I Ġw. 2:27). Jien midluk biex nistqarr lil Ismu (Mt. 10:32; Rum. 10:9-10; Lhud 13:15), nippre

żenta lili nnifsi għalih bħala sagrifiċċju ħaj ta’ radd il-ħajr (Rum. 12:1; I Pt. 2:5, 9), nissielet b’kuxjenza ħielsa kontra d-dnub u x-xitan matul din il-ħajja (Gal. 5:16-17; Ef. 6:11; I Tim. 1:18-19), u mbagħad nirrenja ma’ Kristu fuq il-ħolqien kollu għall-eternità (Mt. 25:34; II Tim. 2:12).

33. Għaliex hu msejjaħ l-Iben waħdieni t’Alla meta aħna wkoll ulied Alla?

Għax Kristu waħdu hu l-Iben etern u naturali t’Alla (Ġw. 1:1-3, 14, 18; Lhud 1), filwaqt li aħna wlied Alla b’adozzjoni, permezz tal-grazzja, minħabba Kristu (Ġw. 1:12; Rum. 8:15-17; Ef. 1:5-6).

34. Għaliex issejjaħlu Sidna?

Għax, mhux bid-deheb u l-fidda, imma b’demmu prezzju

ż (I Pt. 1:18-19), fdiena mid-dnub u mid-dominju tax-xitan (Kol. 1:13-14; Lhud 2:14-15), u xtrana, ġisem u ruħ, biex inkunu tiegħu (I Kor. 6:20; I Tim. 2:5-6).

35. X’ifisser ikkonċeput mill-Ispirtu s-Santu; twieled mill-verġni Marija?

Ifisser li l-Iben etern t’Alla, li hu u jibqa’ Alla veru u etern (Ġw. 1:1; 10:30-36; Atti 13:33; Salm 2:7; Kol. 1:15-17; I Ġw. 5:20), bil-ħidma ta’ l-Ispirtu s-Santu (Lq. 1:35) ħa għalih innifsu natura verament umana, mil-laħam u d-demm tal-verġni Marija (Mt. 1:18-23; Ġw. 1:14; Gal. 4:4; Lhud 2:14), biex hekk isir id-dixxendent veru ta’ David (II Sam. 7:12-16; Salm 132:11; Mt. 1:1; Rum. 1:3), bħal ħutu f’kollox (Fil. 2:7; Lhud 2:17) minbarra d-dnub (Lhud 4:15; 7:26-27).

36. X’benefiċċju tirċievi mill-konċepiment qaddis u t-twelid ta’ Kristu?

Illi hu l-Medjatur tagħna (I Tim. 2:5-6; Lhud 9:13-15), u bl-innoċenza u l-qdusija perfetta tiegħu, ineħħi minn quddiem għajnejn Alla dnubi, li bih tnissilt (Rum. 8:3-4; II Kor. 5:21; Gal. 4:4-5; I Pt. 1:18-19).

37. X’tifhem bil-kelma bata?

Nifhem li matul ħajtu kollha fuq l-art, u speċjalment fl-aħħar, Kristu ġarr fil-ġisem u r-ruħ l-għadab t’Alla kontra d-dnub tar-razza umana (Isa.53; I Pt. 2:24; 3:18). Għamel dan biex bil-passjoni tiegħu bħala l-uniku sagrifiċċju ta’ tpattija (Rum.3:25; Lhud 10:14; I Ġw. 2:2; 4:10), jifdina fil-ġisem u r-ruħ mid-dannazzjoni eterna (Rum. 8:1-4; Gal. 3:13), u jikseb għalina l-grazzja t’Alla, il-ġustizzja u l-ħajja eterna (Ġw. 3:16; Rum. 3:24-26).

38. Għaliex sofra taħt Ponzju Pilatu bħala mħallef?

Biex, għalkemm innoċenti, ikun ikkundannat minn imħallef temporali (Lq. 23:13-24; Ġw. 19:4, 12-16), u hekk jeħlisna mill-ġudizzju qalil t’Alla li għalih konna mikxufa (Isa. 53:4-5; II Kor. 5:21; Gal. 3:13).

39. Hu sinifikanti li kien mislub minflok ma miet mod ieħor?

Iva; għax hekk jien konvint li ħa fuqu nnifsu s-saħta li kienet fuqi, peress li l-mewt tas-salib kienet misħuta minn Alla (Gal. 3:10-13; Dewt. 21:23).

40. Għaliex kien meħtieġ li Kristu jmut?

Għax, fil-ġustizzja u l-verità t’Alla (Ġen. 2:17), it-tpattija għal dnubietna ma setgħetx issir mod ieħor ħlief bil-mewt ta’ Bin Alla (Rum. 8:3-4; Fil. 2:8; Lhud 2:9).

41. Għaliex kien midfun?

Id-difna tiegħu tagħtina xhieda li tabilħaqq miet (Isa. 53:9; Ġw. 19:38-42; Atti 13:29; I Kor. 15:3-4).

42. Ladarba Kristu miet għalina, għaliex xorta waħda jkollna mmutu?

Mewtna ma tħallasx id-dejn ta’ dnubietna (Salm 49:7). Aktarx, biha ma nidinbux aktar u sservina bħala daħla għall-ħajja eterna (Ġw. 5:24; Fil. 1:21-23; I Tess. 5:9-10).

43. X’vantaġġ ieħor nirċievu mis-sagrifiċċju u l-mewt ta’ Kristu fuq is-salib?

Bil-mewt ta’ Kristu l-bniedem il-qadim tagħna hu mislub, mogħti l-mewt, u midfun miegħu (Rum. 6:5-11; Kol. 2:11-12), biex hekk il-leblibiet

ħżiena tal-laħam ma jaħkmuniex aktar (Rum. 6:12-14), imma minflok niddedikaw lilna nfusna għalih bħala offerta ta’ gratitudni (Rum. 12:1; Ef. 5:1-2).

44. Għaliex il-kredu jissokta, ni

żel f’Ħades?

Biex inkun assigurat fl-akbar kri

żijiet u tiġrib tiegħi li Kristu Sidi, bin-niket inesprimibbli, uġigħ u waħx fir-ruħ, matul is-sofferenzi tiegħu imma speċjalment fuq is-salib, fdieni mill-piena u t-turment ta’ l-infern (Isa. 53; Mt. 26:36-46; 27:45-46; Lq. 22:44; Lhud 5:7-10).

45. X’benefiċċju nirċievu mill-qawmien mill-mewt ta’ Kristu?

L-ewwelnett, bil-qawmien tiegħu għeleb il-mewt, biex hekk iseħibna fil-ġustizzja miksuba għalina b’mewtu (Rum. 4:25; I Kor. 15:16-20; I Pt. 1:3-5). It-tieni, bis-setgħa tiegħu aħna wkoll issa mqajjma għal ħajja ġdida (Rum. 6:5-11; Ef. 2:4-6; Kol. 3:1-4). It-tielet, ir-re

żurrezzjoni ta’ Kristu hi għalina pleġġ ċert tal-qawmien glorjuż tagħna (Rum. 8:11; I Kor. 15:12-23; Fil. 3:20-21).

46. X’tifhem meta tgħid, tela’ fis-smewwiet?

Nifhem li, waqt li d-dixxipli kienu jħarsu lejh, Kristu ntrefa’ mill-art għal ġos-sema (Lq. 24:50-51; Atti 1:9-11) u jibqa’ hemm għall-ġid tagħna (Rum. 8:34; Ef. 4:8-10; Lhud 7:23-25; 9:24) sakemm jirritorna biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u l-mejtin (Atti 1:11).

47. Imma Kristu mhuwiex magħna sa l-aħħar tad-dinja, kif wegħdna (Mt. 28:20)?

Kristu hu veru Bniedem u veru Alla. Skond in-natura umana Kristu mhuwiex fuq l-art bħalissa (Atti 1:9-11; 3:19-21); fid-divinità, majestà, grazzja, u l-Ispirtu tiegħu, mhu f’ebda waqt assenti minna (Mt. 28:18-20; Ġw. 14:16-19).

48. Jekk l-umanità tiegħu mhix pre

żenti kulfejn hi d-divinità tiegħu, iż-żewġ naturi ta’ Kristu mhumiex hekk separati minn xulxin?

Lanqas xejn. Peress li d-divinità mhix limitata u tinsab kullimkien (Ġer. 23:23-24; Atti 7:48-49; Isa. 66:1), huwa evidenti li d-divinità ta’ Kristu hi ċertament lil hinn mill-konfini ta’ l-umanità li ħa għalih innifsu, imma fl-istess ħin id-divinità tiegħu tinsab fl-umanità tiegħu u tibqa’ personalment magħquda magħha (Ġw. 1:14; 3:13; Kol. 2:9).

49. X’benefiċċju nakkwistaw mit-tlugħ fis-sema ta’ Kristu?

L-ewwelnett, huwa l-Avukat tagħna fis-smewwiet fil-pre

żenza ta’ Missieru (Rum. 8:34; I Ġw. 2:1). It-tieni, għandna laħamna fis-smewwiet bħala garanzija ċerta li Kristu r-Ras tagħna għad jieħu lilna, il-membri tiegħu, għalih innifsu fis-smewwiet (Ġw. 14:2; 17:24; Ef. 2:4-6). It-tielet, jibgħatilna l-Ispirtu tiegħu bħala kapparra (Ġw. 14:16; II Kor. 1:21-22; 5:5), u bil-qawwa tiegħu aħna nagħmluha bħala ambizzjoni f’ħajjitna, mhux li nfittxu ħwejjeġ ta’ l-art, imma l-ħwejjeġ t’hemm fuq, fejn Kristu qiegħed fuq il-leminija t’Alla (Kol. 3:1-4).

50. Għaliex ikompli, qiegħed fuq il-leminija t’Alla?

Għax Kristu għal dan il-għan tela’ fis-smewwiet, biex hemmhekk jidher bħala r-Ras tal-knisja tiegħu (Ef. 1:20-23; Kol. 1:18), li bih il-Missier jiggverna l-ħwejjeġ kollha (Mt. 28:18; Ġw. 5:22-23).

51. X’barka niksbu minn din il-glorja ta’ Kristu, ir-Ras tagħna?

L-ewwelnett, bl-Ispirtu s-Santu tiegħu jsawwab id-doni smewwija tiegħu fina, il-membri tiegħu (Atti 2:33; Ef. 4:7-12). It-tieni, jiddefendina b’setgħetu u j

żommna sikuri mill-egħdewwa kollha tagħna (Salm 110:1-2; Ġw. 10:27-30; Riv. 19:11-16).

52. X’konfort hu dan għalik li Kristu għandu jerġa’ jiġi biex jagħmel il-ħaqq mill-ħajjin u l-mejtin?

Fid-dieqa u l-persekuzzjoni kollha tiegħi ngħolli rasi u b’konfidenza nistenna bħala mħallef lil Dak l-istess wieħed li diġà għadda ġuri minfloki quddiem Alla u għaldaqstant neħħieli kull saħta (Lq. 21:28; Rum. 8:22-25; Fil. 3:20-21; Tit. 2:13-14). L-egħdewwa kollha tiegħu u tiegħi jikkundannahom għall-kastig etern: imma lili u l-mag

ħżulin kollha tiegħu jeħodna flimkien miegħu fil-ferħ u l-glorja tas-sema (Mt. 25:31-46; II Tess. 1:6-10).

Alla l-Ispirtu s-Santu

53. X’temmen dwar l-Ispirtu s-Santu?

Mal-Missier u l-Iben, hu Alla etern (Ġen. 1:1-2; Mt. 28:19; Atti 5:3-4). Ingħatali personalment (I Kor. 6:19; II Kor. 1:21-22; Gal. 4:6) biex b’fidi vera jagħmilni sħab fi Kristu u l-barkiet kollha tiegħu (Gal. 3:14), ifarraġni (Ġw. 15:26; Atti 9:31), u jibqa’ miegħi għal dejjem (Ġw. 14:16-17; I Pt. 4:14).

54. X’temmen dwar il-knisja mqaddsa kattolika?

Nemmen li l-Iben t’Alla, permezz ta’ l-Ispirtu u l-Kelma tiegħu (Ġw. 10:14-16; Atti 20:28; Rum.10:14-17; Kol. 1:18), mill-bidu tad-dinja sat-tmiem tagħha (Isa. 59:21; I Kor. 11:26), qiegħed jiġbor minn fost ir-razza umana kollha (Ġen. 26:3-4; Riv. 5:9), jipproteġi, u jippri

żerva għalih innifsu komunità magħżula għall-ħajja eterna (Mt. 16:18; Ġw. 10:28-30; Rum. 8:28-30; Ef. 1:3-14) u fl-unità tal-fidi vera (Atti 2:42-47; Ef. 4:1-6). U jien membru ħaj ta’ din il-komunità (I Ġw. 3:14, 19-21), u nibqa’ fiha għal dejjem (Ġw. 10:27-28; I Kor.1:4-9; I Pt. 1:3-5).

55. X’tifhem meta tistqarr ix-xirka tal-qaddisin?

L-ewwelnett, li l-fidili kollha u kull wieħed, bħala membri ta’ Kristu, huma msieħba fih u fit-te

żori u l-għotjiet kollha tiegħu (Rum. 8:32; I Kor. 6:17; 12:4-7, 12-13; I Ġw. 1:3). It-tieni, li kull membru għandu jqisu bħala dmiru li jħaddem dawn id-doni bit-tħabrik u bil-ferħa għas-servizz u l-vantaġġ tal-membri l-oħra (Rum. 12:4-8; I Kor. 12:20-27; 13:1-7; Fil. 2:4-8).

56. X’temmen dwar il-maħfra tad-dnubiet?

Nemmen li Alla, minħabba t-tpattija ta’ Kristu, qatt mhu se jgħodd kontrija mqar dnub wieħed (Salm 103:3-4, 10, 12; Mik. 7:18-19; II Kor. 5:18-21; I Ġw. 1:7; 2:2), u lanqas in-natura midinba tiegħi li magħha jeħtieġli nissara ħajti kollha (Rum. 7:21-25). Aktarx, fil-grazzja tiegħu Alla jagħtini b’xejn il-ġustizzja ta’ Kristu biex jeħlisni għal dejjem mill-kundanna (Ġw. 3:17-18; Rum. 8:1-2).

57. Kif tfarrġek il-qawma mill-imwiet?

Li mhux biss ruħi, wara dil-ħajja, se tkun immedjatament meħuda għand Kristu r-Ras tagħha (Lq. 23:43; Fil. 1:21-23), imma saħansitra l-istess laħmi, imqajjem bil-qawwa ta’ Kristu, għad ikun magħqud għal darb’ oħra ma’ ruħi u jkun magħmul bħall-ġisem glorju

ż ta’ Kristu (I Kor. 15:20, 42-46, 54; Fil. 3:21; I Ġw. 3:2).

58. X’faraġ tislet mill-artiklu dwar il-ħajja ta’ dejjem?

Bħalma bħalissa nesperjenza f’qalbi l-bidu ta’ hena eterna (Rum. 14:17), hekk wara dil-ħajja se nippossiedi barka perfetta li bħalha ebda għajn qatt ma rat, jew widna semgħet, jew qatt immaġinat il-qalb umana: hena li fiha nfaħħar ’l Alla għal dejjem (Ġw. 17:3; I Kor. 2:9).

59. Imma x’ġid jiswielek bħalissa li temmen dan kollu?

Li fi Kristu ninsab sewwa m’Alla u werriet tal-ħajja eterna (Ġw. 3:36; Rum. 1:17; Ħab. 2:4; Rum. 5:1-2).

60. Kif int magħdud ġust quddiem Alla?

Biss b’fidi vera f’Ġesù Kristu (Rum. 3:21-28; Gal. 2:16; Ef. 2:8-9; Fil. 3:8-11). Għalkemm il-kuxjenza takku

żani li dnibt bl-aħrax kontra l-kmandamenti kollha t’Alla, u li qatt ma żammejt imqar wieħed minnhom (Rum. 3:9-10), u avolja għadni inklinat lejn kull ħażen (Rum. 7:23), madankollu, bla ma jistħoqqli xejn (Tit. 3:4-5), purament bil-grazzja tiegħu (Rum. 3:24; Ef. 2:8), Alla jagħtini u jikkreditali s-sodisfazzjon perfett, il-ġustizzja, u l-qdusija ta’ Kristu (Rum. 4:3-5; Ġen. 15:6; II Kor. 5:17-19; I Ġw. 2:1-2), bħallikieku qatt ma dnibt jew kont midneb, bħallikieku kont ubbidjenti perfettament bħalma Kristu kien ubbidjenti għall-benefiċċju tiegħi (Rum. 4:24-25; II Kor. 5:21). Din l-għotja t’Alla nilqagħha biss b’qalb li temmen (Ġw. 3:18; Atti 16:30-31).

61. Għaliex tgħid li int sewwa m’Alla bil-fidi biss?

Jien aċċettabbli quddiem Alla mhux għax il-fidi tiegħi hi denja, i

żda biss minħabba s-sodisfazzjon, il-ġustizzja u l-qdusija ta’ Kristu li jagħmluni sewwa m’Alla (I Kor. 1:30-31). U nirċievi din il-ġustizzja u nagħmilha tiegħi b’ebda mod ieħor ħlief bil-fidi biss (Rum. 10:10; I Ġw. 5:10-12).

62. Imma għaliex l-opri tajba tagħna ma jagħmluniex sewwa m’Alla, jew għallinqas jgħinuna nsiru sewwa miegħu?

Għax il-ġustizzja li tgħaddi l-iskrutinju t’Alla trid tkun assolutament perfetta u b’kull mod konformata mal-Liġi divina (Rum. 3:20; Gal. 3:10; Dewt. 27:26); filwaqt li l-almu tagħna kollu f’din il-ħajja huwa imperfett u mtebbgħa bid-dnub (Isa. 64:6).

63. Kif jista’ jkun li t-tajjeb li nagħmlu ma jimmerita xejn meta Alla jwiegħed li jippremjah f’din il-ħajja u f’li ġejja? (Mt. 5:12; Lhud 11:6).

Il-premju ma naqilgħuhx; hu għotja ta’ grazzja (Lq. 17:10; II Tim. 4:7-8).

64. Din id-dottrina ma tagħmilx lin-nies traskurati u profani?

Le; għax huwa impossibbli għal dawk imlaqqma fi Kristu b’fidi vera li jibqgħu ma jipproduċux il-frott ta’ gratitudni (Lq. 6:43-45; Ġw. 15:5).

Is-Sagramenti

65. Ladarba, mela, aħna msieħba fi Kristu u l-benefiċċji kollha tiegħu bil-fidi waħidha, mnejn tiġi dil-fidi?

Jipproduċiha l-Ispirtu s-Santu fi qlubna (Ġw. 3:5; I Kor. 2:10-14; Ef. 2:8) bl-ippridkar ta’ l-Evanġelju mqaddes (Rum. 10:17; I Pt. 1:23-25), u jikkonfermaha bl-u

żu tas-sagramenti mqaddsa (Mt. 28:19-20; I Kor. 10:16).

66. X’inhuma s-sagramenti?

Is-sagramenti huma sinjali u siġilli viżibbli u qaddisa, imwaqqfa mill-Mulej għal dan l-iskop, biex meta nużawhom jiddikjaralna iżjed bil-miftuħ il-wegħda ta’ l-Evanġelju, u jqegħdilna s-siġill tiegħu fuq dik il-wegħda (Ġen. 17:11; Dewt. 30:6; Rum. 4:11), jiġifieri, li jaħfrilna dnubietna u jagħtina l-ħajja eterna bil-grazzja ħielsa tiegħu, minħabba s-sagrifiċċju wieħed ta’ Kristu mitmum fuq is-salib (Mt. 26:27-28; Atti 2:38; Lhud 10:10).

67. Allura l-Kelma kif ukoll is-sagramenti huma intenzjonati biex jidderiġulna l-fidi tagħna lejn is-sagrifiċċju ta’ Ġesù Kristu fuq is-salib bħala l-unika ba

żi tas-salvazzjoni tagħna?

Hekk hu! Għax fl-Evanġelju l-Ispirtu s-Santu jgħallimna u bis-sagramenti mqaddsa jassigurana, li s-salvazzjoni sħiħa tagħna tiddependi fuq is-sagrifiċċju uniku ta’ Kristu offrut għalina fuq is-salib (Rum. 6:3; I Kor. 11:26; Gal. 3:27).

68. Kemm-il sagrament ħatar Kristu fil-Patt il-Ġdid?

Tnejn: il-magħmudija u l-Ikla tal-Mulej (Mt. 28:19-20; I Kor. 11:23-26).

69. Kif inhu sinifikat u ssiġillat għalik fil-magħmudija li għandek sehem mis-sagrifiċċju wieħed ta’ Kristu fuq is-salib?

B’dan il-mod: Kristu waqqaf dan il-ħasil estern bl-ilma (Atti 2:38) u għaqqad miegħu din il-wegħda, li daqskemm hu ċert li l-ilma jnaddaf il-ġisem mill-ħmieġ, daqshekk ieħor huwa ċert li d-demm u l-Ispirtu tiegħu jaħslu lil ruħi mit-tniġġis tagħha, jiġifieri minn dnubieti kollha (Mt. 3:11; Rum. 6:3-10; I Pt. 3:21).

70. Xi jfisser tkun maħsul bid-demm u l-Ispirtu ta’ Kristu?

Maħsul bid-demm ta’ Kristu jfisser li Alla, bil-grazzja tiegħu, ħafirli dnubieti minħabba d-demm ta’ Kristu msawwab għalina fis-sagrifiċċju tas-salib

(Żakk. 13:1; Ef. 1:7-8; Lhud 12:24; I Pt. 1:2; Riv. 1:5). Maħsul bl-Ispirtu ta’ Kristu jfisser li l-Ispirtu s-Santu ġeddidna u qaddisna biex inkunu membri ta’ Kristu, ħalli hekk iżjed u iżjed immuti għad-dnub u aktar ma jmur ngħixu ħajja qaddisa u bla għajb (Eżek. 36:25-27; Ġw. 3:5-8; Rum. 6:4; I Kor. 6:11; Kol. 2:11-12).

71. Fejn wiegħed Kristu li aħna ċertament maħsulin bid-demm u l-Ispirtu tiegħu daqskemm ċertament aħna maħsulin bl-ilma tal-magħmudija?

Fl-istituzzjoni tal-magħmudija, fejn jgħid: “Morru, mela, u għallmu l-ġnus kollha, u għammduhom fl-Isem tal-Missier, u ta’ l-Iben, u ta’ l-Ispirtu s-Santu” (Mt. 28:19). “Min jemmen u jitgħammed, ikun salvat; i

żda min ma jemminx ikun ikkundannat” (Mk. 16:16). Din il-wegħda hi mtennija fejn l-Iskrittura ssejjaħ il-magħmudija l-ħasil tat-twelid mill-ġdid (Tit. 3:5) u l-ħasil tad-dnubiet (Atti 22:16).

72. Dan il-ħasil estern bl-ilma jnaddaf mid-dnubiet?

Le; biss id-demm ta’ Ġesù Kristu u l-Ispirtu s-Santu jippurifikawna minn dnubietna kollha (Mt. 3:11; I Pt. 3:21; I Ġw. 1:7).

73. Mela għaliex l-Ispirtu s-Santu jsejjaħ il-magħmudija l-ħasil tat-twelid mill-ġdid u l-ħasil tad-dnubiet?

Alla jitkellem hekk mhux mingħajr raġun. Irid jgħallimna li d-demm u l-Ispirtu ta’ Kristu jaħsluna minn dnubietna bħalma l-ilma jneħħi l-ħmieġ mill-ġisem (I Kor. 6:11; Riv. 1:5; 7:14). Aktar importanti, b’dan il-pleġġ u sinjal divin, irid jassigurana li spiritwalment tnaddafna minn dnubietna daqskemm realment il-ġisem jitnaddaf bl-ilma (Atti 2:38; Rum. 6:3-4; Gal. 3:27).

74. It-trabi għandhom ikunu mgħammda wkoll?

Iva. It-trabi kif ukoll l-adulti huma fil-patt t’Alla u huma l-poplu tiegħu (Ġen. 17:7; Mt. 19:14). Xejn inqas mill-adulti, huma mwiegħda l-maħfra tad-dnub bid-demm ta’ Kristu u l-Ispirtu s-Santu li jipproduċi l-fidi (Isa. 44:1-3; Atti 2:38-39; 16:31). Għalhekk, bil-magħmudija, is-sinjal tal-patt, it-trabi għandhom ikunu milqugħa fil-knisja Kristjana u għandhom ikunu distinti minn ulied l-infidili (Atti 10:47; I Kor. 7:14). Fit-Testment il-Qadim dan kien isir biċ-ċirkonċi

żjoni (Ġen. 17:9-14), li fit-Testment il-Ġdid għamlet il-wisa’ għall-magħmudija (Kol. 2:11-13).

75. Kif inhu sinifikat u ssiġillat għalik fl-Ikla qaddisa li għandek sehem fis-sagrifiċċju wieħed ta’ Kristu fuq is-salib u l-benefiċċji kollha tiegħu?

B’dan il-mod: Kristu kmanda lili u l-fidili kollha biex nieklu mill-ħob

ż maqsum u nixorbu mill-kies, u żied dawn il-wegħdi (Mt. 26:26-28; Mk. 14:22-24; Lq. 22:19-20; I Kor. 11:23-25): l-ewwelnett, daqskemm fiċ-ċert nara b’għajnejja l-ħobż tal-Mulej maqsum għalija u l-kies mgħoddi lili, daqshekk huwa ċert li ġismu kien offrut u maqsum għalija u demmu mxerred għalija fuq is-salib. It-tieni, daqskemm fiċ-ċert nirċievi minn id dak li jservi, u ntiegħem b’ħalqi l-ħobż u l-kies tal-Mulej, mogħtija lili bħala sinjali ċerti tal-ġisem u d-demm ta’ Kristu, daqshekk ieħor huwa ċert li jsostni u jitma lil ruħi għall-ħajja eterna bil-ġisem imsallab tiegħu u demmu msawwab.

76. Xi jfisser tiekol il-ġisem mislub ta’ Kristu u tixrob demmu msawwab?

Ifisser mhux biss tħaddan b’qalb fidila s-sofferenzi kollha u l-mewt ta’ Kristu, u hekk tirċievi l-maħfra tad-dnubiet u l-ħajja eterna (Ġw. 6:35, 40, 50-54), iżda aktar minn hekk tkun magħqud iżjed u iżjed mal-ġisem imqaddes ta’ Kristu bl-Ispirtu s-Santu li jgħammar fi Kristu u fina (Ġw. 6:55-56; I Kor. 12:13). U hekk, għalkemm hu fis-smewwiet (Atti 1:9-11; I Kor. 11:26; Kol. 3:1) u aħna fuq l-art, xorta waħda aħna laħam minn laħmu u għadma minn għadmu (I Kor. 6:15-17; Ef. 5:29-30; I Ġw. 4:13); u ngħixu u aħna gvernati għal dejjem minn Spirtu wieħed, bħalma membri ta’ ġisem wieħed huma minn ruħ waħda (Ġw. 6:56-58; 15:1-6; Ef. 4:15-16; I Ġw. 3:24).

77. Fejn wiegħed Kristu li jitma u jmantni lill-fidili b’ġismu u demmu daqskemm hu ċert li jieklu dal-ħob

ż maqsum u jixorbu dan il-kies?

Fl-istituzzjoni ta’ l-Ikla, fejn naqraw: “Is-Sid Ġesù, fil-lejl li fih kien tradut, ħa l-ħob

ż u wara li rringrazzja qasam u qal: ‘Dan hu ġismi għalikom; dan agħmluh b’tifkira tiegħi.’ Bl-istess mod ukoll ħa l-kies wara l-iċċenar, jgħid: ‘Dan il-kies hu l-patt il-ġdid f’demmi; dan agħmluh, kemm-il darba tixorbu minnu, b’tifkira tiegħi.’ Għax kemm-il darba tieklu dan il-ħobż u tixorbu l-kies, tniedu mewt il-Mulej sakemm jiġi” (1 Kor.11:23-26). Din il-wegħda hi mtennija minn Pawlu, fejn jgħid: “Il-kies tal-barka li nbierku, mhux xirka tad-demm tal-Kristu? Il-ħobż li naqsmu, mhux xirka tal-ġisem tal-Kristu? Għax aħna l-ħafna ħobż wieħed, ġisem wieħed; għax kollha mill-ħobż wieħed nieħdu sehem” (1 Kor.10:16-17).

78. Allura l-ħob

ż u l-inbid isiru l-ġisem u d-demm reali ta’ Kristu?

Le. Bħalma l-ilma fil-magħmudija ma jinbidilx fid-demm ta’ Kristu u lanqas ma jaħsel id-dnubiet minnu nnifsu, billi huwa biss l-għelm u l-assigurazzjoni divina (Ef.5:26; Tit.3:5), hekk ukoll il-ħob

ż fl-Ikla tal-Mulej ma jinbidilx fil-ġisem attwali ta’ Kristu (Mt.26:26-29), avolja jissejjaħ il-ġisem ta’ Kristu (1 Kor.10:16-17; 11:26-28) skond kif jaqbel man-natura u l-użanza tas-sagramenti (Ġen.17:10-11; Es .2:11,13; 1 Kor.10:1-4).

79. Mela għaliex Kristu jsejjaħ il-ħob

ż ġismu u l-kies demmu, jew il-Patt il-Ġdid f’demmu; u Pawlu, xirka fil-ġisem u d-demm ta’ Kristu?

Bir-raġun Kristu ju

ża dawn il-kelmiet. Irid jgħallimna li bħalma l-ħobż u l-inbid isostnu l-ħajja temporali, hekk ukoll ġismu mislub u demmu mxerred tabilħaqq imantnu lil ruħna għall-ħajja eterna (Ġw. 6:51, 55). Iżjed importanti, b’dan is-sinjal u pleġġ viżibbli jrid jassigurana li aħna, bil-ħidma ta’ l-Ispirtu s-Santu, imsieħba fil-ġisem u d-demm veru tiegħu daqskemm hu ċert li ħalqna jirċievi dawn l-għeliem qaddisa bħala tifkira tiegħu (I Kor. 10:16-17; 11:26); u li t-tbatijiet u l-ubbidjenza kollha tiegħu huma definittivament tagħna bħallikieku personalment sofrejna u ħallasna għal dnubietna (Rum. 6:5-11).

80. X’differenza hemm bejn Qsim il-Ħob

ż u l-quddiesa papalina?

L-Ikla tal-Mulej tixhdilna li ngawdu l-maħfra sħiħa ta’ dnubietna bis-sagrifiċċju wieħed ta’ Ġesù Kristu li hu nnifsu temm fuq is-salib darba għal dejjem (Ġw. 19:30; Lhud 7:27; 9:12, 25-26; 10:10-18). Tiddikjaralna wkoll li l-Ispirtu s-Santu laqqamna fi Kristu (I Kor. 6:17; 10:16-17), li b’ġismu bħalissa jinsab fuq il-leminija tal-Missier (Atti 7:55-56; Lhud 1:3; 8:1) fejn iridna nqimuh (Mt. 6:20-21; Ġw. 4:21-24; Fil. 3:20; Kol. 3:1-3). Imma l-quddiesa tgħallem li l-ħajjin u l-mejtin m’għandhomx dnubiethom maħfura bit-tbatijiet ta’ Kristu jekk kemm-il darba Kristu ma jibqax ta’ kuljum ikun offrut għalihom mill-qassisin. Tgħallem ukoll li Kristu hu korporalment pre

żenti taħt l-ispeċi ta’ ħobż u nbid, u allura għandu jkun meqjum hemmhekk. Mela l-quddiesa, bażikament, mhi xejn ħlief ċaħda tas-sagrifiċċju wieħed u l-passjoni ta’ Ġesù Kristu, u idolatrija misħuta.

81. Min għandu jipparteċipa fl-Ikla tal-Mulej?

Dawk li huma dispjaċuti bihom infushom minħabba dnubiethom, u madankollu jafdaw li, bis-sofferenzi u l-mewt ta’ Kristu, dnubiethom huma maħfura u d-dgħufija li għadha fihom hi mgħottija; li wkoll jixtiequ kulma jmur isaħħu l-fidi tagħhom u jamendaw ħajjithom. Imma l-ipokriti u nies bla ndiema jieklu u jixorbu ġudizzju għalihom infushom (I Kor. 10:19-22; 11:26-32).

82. Jistgħu jitħallew jieħdu sehem mill-Ikla tal-Mulej dawk li bi kliemhom u mġibithom juru li huma

ħżiena u ma jemmnux?

Le; altrimenti l-patt t’Alla jkun profanat, u għadbu provokat kontra l-miġemgħa kollha (I Kor. 11:17-32; Salm 50:14-16; Isa. 1:11-17). Għaldaqstant il-Knisja Kristjana, skond l-istruzzjoni ta’ Kristu u l-appostli tiegħu, tinsab fid-dmir teskludi t-tali nies, bl-u

żu uffiċjali ta’ l-imfietaħ tas-saltna, sakemm jirriformaw ħajjithom.

83. X’inhuma l-imfietaħ tas-saltna?

L-ippridkar ta’ l-Evanġelju mqaddes u d-dixxiplina Kristjana għall-indiema. Ix-xandir u d-dixxiplina jiftħu s-saltna tas-smewwiet għall-fidili u jagħlquha għall-infidili (Mt. 16:19; Ġw. 20:22-23).

84. Kif inhi s-saltna tas-smewwiet miftuħa u magħluqa bit-tnidija ta’ l-Evanġelju mqaddes?

Skond il-kmand ta’ Kristu, is-saltna tas-smewwiet hi miftuħa bil-proklamazzjoni u x-xhieda pubblika lill-fidili kollha li, daqskemm jaċċettaw il-wegħda fl-evanġelju b’fidi ġenwina, Alla tabilħaqq jaħfrilhom dnubiethom minħabba l-merti ta’ Kristu. Għall-kuntrarju, is-saltna tas-smewwiet tingħalaq bit-tnidija lill-infidili u l-ipokriti li, sakemm jibqgħu bla ma jikkonvertu, ir-rabja t’Alla u l-kundanna eterna jibqgħu fuqhom. Il-ġudizzju t’Alla, kemm f’din il-ħajja u f’li ġejja, se jkun skond din it-testimonjanza ta’ l-Evanġelju (Mt. 16:19; Ġw. 3:31-36; 20:21-23).

85. Kif inhi s-saltna tas-smewwiet miftuħa u magħluqa bid-dixxiplina tal-knisja?

Skond il-kmand ta’ Kristu, dawk li, avolja huma msejħa Kristjani, jipprofessaw dottrina jew imġieba kuntrarja għall-Evanġelju, u wara li jkunu rċevew twiddib imtenni u b’imħabba fraterna, jirrifjutaw li jabbandunaw l-erruri u l-mogħdijiet ħżiena tagħhom, u wara li jsir ilment dwarhom lill-knisja, jew lill-uffiċjali tagħha, jistmellu l-ammonizzjoni tagħhom ukoll – it-tali persuni jiġu esklużi mis-sagramenti mqaddsa u l-komunjoni Kristjana, u Alla nnifsu jeskludihom mis-saltna ta’ Kristu (Mt. 18:15-20; I Kor. 5:3-5, 11-13; II Tess. 3:14-15). U jekk iwiegħdu u juru riforma ġenwina, għal darb’ oħra jintlaqgħu bħala membri ta’ Kristu u l-knisja tiegħu (Lq. 15:20-24; II Kor. 2:6-11).

3. RADD IL-ĦAJR

86. Ladarba, mela, aħna mifdija mill-mi

żerja tagħna bil-grazzja biss permezz ta’ Kristu, mingħajr ebda mertu minn naħa tagħna, għaliex imissna xorta waħda naħdmu s-sewwa?

Billi fdiena b’demmu, Kristu wkoll qed iġeddidna bl-Ispirtu s-Santu tiegħu biex inkunu nixbħuh, ħalli b’ħajjitna kollha nuru lilna nfusna grati lejn Alla għal kulma għamel favur tagħna (Rum. 6:13; 12:1-2; 1 Pt. 2:5-10), u hekk ikun imfaħħar permezz tagħna (Mt. 5:16; I Kor. 6:19-20). Barra minn hekk inkunu assigurati mill-fidi tagħna bil-frott kotran tagħha (Mt. 7:17-18; Gal. 5:22-24; II Pt. 1:10-11); u bil-mixja qaddisa tagħna l-proxxmu wkoll jintrebaħ għal Kristu (Mt. 5:14-16; Rum. 14:17-19; I Pt. 2:12; 3:1-2).

87. Jistgħu jkunu salvati dawk li ma jikkonvertux lejn Alla mill-mogħdijiet ingrati u bla ndiema tagħhom?

Qatt u qatt. L-Iskrittura tiddikjara li ebda

żieni, ebda idolatra, adulteru, ħalliel, rgħib, sakranazz, qasqas, brigant jew nies oħra bħal dawn mhuma se jirtu s-saltna t’Alla (I Kor. 6:9-10; Gal. 5:19-21; Ef. 5:1-20; I Ġw. 3:14).

88. F’xiex tikkonsisti l-konver

żjoni ġenwina jew id-dawrien tal-bniedem lejn Alla?

F

’żewġ ħwejjeġ: il-mortifikazzjoni tal-bniedem il-qadim, u l-vivifikazzjoni tal-ġdid (Rum. 6:1-11; II Kor. 5:17; Ef. 4:22-24; Kol. 3:5-10).

89. X’inhi l-mortifikazzjoni tal-bniedem il-qadim?

Għali mill-qalb għad-dnub, hekk li nsiru nobogħduh u aktar ma jmur naħarbu minnu (Salm 51:3-4, 17; Ġoel 2:12-13; Rum. 8:12-13; II Kor. 7:10).

90. X’inhi l-vivifikazzjoni tal-bniedem il-ġdid?

Hi l-hena profonda f’Alla permezz ta’ Kristu (Salm 51:8, 12; Isa. 57:15; Rum. 5:1; 14:17) u għaxqa fl-għemil ta’ kull ħaġa tajba skond ir-rieda t’Alla (Rum. 6:10-11; Gal. 2:20).

91. Imma x’inhu l-għemil jew l-opri tajba?

Biss dak li jitnissel minn fidi vera (Ġw. 15:5; Lhud 11:6), jikkonforma mal-Liġi t’Alla (Lev.18:4; I Sam. 15:22; Ef. 2:10), u magħmul għall-glorja tiegħu (I Kor. 10:31); u mhux dak imsejjes fuq l-opinjoni tagħna jew kif stabbilit bi tradizzjoni umana

(Dewt. 12:32; Isa. 29:13; Eżek. 20:18-19; Mt. 15:7-9).

92. X’jgħid il-Mulej fil-Liġi tiegħu?

Alla tkellem dal-kliem kollu, billi qal: Jiena l-Mulej Alla tiegħek, li ħriġtek mill-art ta’ l-Eġittu, minn dar il-jasar (Es. 20:1-17; Dewt. 5:6-21):

Ma jkollokx allat oħra quddiemi.

 

La tagħmel ebda xbieha minquxa għalik, jew xbieha ta’ xi ħaġa li hemm fis-sema minn fuq, jew li hemm fl-art minn taħt, jew li hemm fl-ilma ta’ taħt l-art: la tmilx quddiemhom, u la tqimhomx: għax jien,

il-Mulej, Alla tiegħek, Alla għajjur, li nħallas ħażen il-missirijiet fl-ulied sat-tielet u r-raba’ nisel ta’ dawk li jobgħoduni; u nagħmel ħniena ma’ eluf minn dawk li jħobbuni, u jħarsu l-kmandamenti tiegħi.  

La ssemmix isem il-Mulej, Alla tiegħek, fil-batal: għax il-Mulej ma jħallix bla kastig lil min isemmi ismu fil-batal.

 

Ftakar f’jum is-Sibt, biex tqaddsu. Sitt ijiem taħdem, u tagħmel ix-xogħol tiegħek kollu: imma s-seba’ jum hu Sibt il-Mulej, Alla tiegħek: fih la tagħmel ebda xogħol: la int, la ibnek, la bintek, la l-qaddej tiegħek, la l-qaddejja tiegħek, la l-bhejjem tiegħek, u la l-għarib li jgħammar ‘il ġewwa minn bwiebek. Għax f’sitt ijiem il-Mulej għamel is-sema u l-art, il-baħar, u kulma hemm fihom, u strieħ fis-seba’ jum: għalhekk bierek il-Mulej jum is-Sibt, u qaddsu.

 

Weġġaħ lil missierek u lil ommok: biex jitwalu jiemek fuq l-art li l-Mulej, Alla tiegħek, jagħtik.

 

La toqtolx.

 

La tikkommettix adulterju.

 

La tisraqx.

 

La tgħidx xhieda giddieba kontra għajrek.

 

La tixtieqx dar għajrek; la tixtieqx mart għajrek; u la l-qaddej tiegħu; u la l-qaddejja tiegħu; la l-gendus tiegħu; u la l-ħmar tiegħu, u lanqas xejn milli hu ta’ għajrek.

93. Kif inhuma mqassma dawn il-kmandamenti?

F

’żewġ twavel: l-ewwel waħda tgħallimna, f’erba’ kmandamenti, x’imissha tkun ir-relazzjoni tagħna m’Alla; it-tieni waħda tiġbor sitt kmandamenti, u tgħallimna x’inhuma dmirijietna lejn il-proxxmu tagħna (Mt. 22:37-39).

94. X’jirrekjiedi l-Mulej fl-ewwel kmandament?

Li jien, daqskemm ngħo

żż is-salvazzjoni ta’ ruħi, nevita u niskansa kull idolatrija (I Kor. 6:9-10; 10:5-14; I Ġw. 5:21), maġija superstizzjuża, sħarijiet (Lev. 19:31; Dewt. 18:9-12), u invokazzjonijiet lill-qaddisin jew kreaturi oħra (Mt. 4:10; Riv. 19:10; 22:8-9); u li nirrikonoxxi sinċerament l-uniku Alla veru (Ġw. 17:3); nafda fih waħdu (Ġer. 17:5, 7), nissottometti għalih bl-umiltà (I Pt. 5:5-6) u bis-sabar (Kol. 1:11; Lhud 10:36), nistenna kull ġid mingħandu biss (Salm 104:27-28; Ġak. 1:17); inħobbu (Mt. 22:37; Dewt. 6:5), nibża’ minnu (Prov. 9:10; I Pt. 1:17) u nonorah (Mt. 4:10; Dewt. 6:13) b’qalbi kollha; hekk li nirrenunzja l-ħlejjaq kollha aktarx milli nagħmel l-iċken ħaġa kontra r-rieda tiegħu (Mt. 5:29-30; 10:37-39).

95. X’inhi l-idolatrija?

L-idolatrija hi meta jkollna jew nivvintaw xi ħaġa li fiha nafdaw minflok jew flimkien l-uniku Alla veru, li rrivela lilu nnifsu fil-Kelma tiegħu (I Kron. 16:26; Gal. 4:8-9; Ef. 5:5; Fil. 3:19).

96. X’inhi r-rieda t’Alla għalina fit-tieni kmandament?

Li b’ebda mod ma nagħmlu xi xbieha t’Alla (Dewt. 4:15-19; Isa. 40:18-25; Atti 17:29; Rum. 1:23) u lanqas inqimuh b’xi mod ieħor ħlief kif ordnalna Hu stess f’Kelmtu (Lev. 10:1-7; I Sam. 15:22-23; Ġw. 4:23-24).

97. Allura mhu peress nagħmlu ebda xbieha, hi x’inhi?

Huwa impossibbli u lanqas tista’ tirrappre

żenta ’l Alla viżibbilment b’xi mod; inkwantu l-ħlejjaq, għalkemm nistgħu nagħmlu xbihat tagħhom, madankollu Alla jipprojbielna nsawwru jew inżommu t-tali xbihat jekk l-intenzjoni tagħna tkun li nadurawhom jew inservu ’l Alla permezz tagħhom (Esodu 34:13-14, 17; II Slaten 18:4-5).

98. M’għandniex nittolleraw xbihat fil-knejjes bħala għajnuna fit-tagħlim ta’ nies bla skola?

Le; m’għandniex nipprovaw inkunu egħref minn Alla, li jrid lil niesu jkunu istruwiti bix-xandir ħaj tal-Kelma tiegħu (Rum. 10:14-15, 17; II Tim. 3:16-17; II Pt. 1:19), mhux bl-idoli muti (Ġer. 10:8; Ħab. 2:18-20).

99. X’jiddomanda Alla minna fit-tielet kmandament?

Li ma nipprofanawx u lanqas nabbu

żaw l-Isem t’Alla bid-dagħa (Lev. 24:10-17), sperġuri (Lev. 19:12) jew ħalf bla bżonn (Mt. 5:37; Ġak. 5:12); u lanqas nissieħbu f’dawn id-dnubiet orribbli f’ħaddieħor billi nibqgħu siekta jew naħmluhom (Lev. 5:1; Prov. 29:24). Fil-qosor, jiddomanda li nużaw l-Isem qaddis tiegħu biss bil-biża’ u timenza (Salm 99:105; Ġer. 4:2), ħalli hekk nistqarruh kif jixraq (Mt. 10:32-33; Rum. 10:9-10), nitolbuh (Salm 50:14-15; I Tim. 2:8) u nsebbħuh f’kulma ngħidu u nagħmlu (Kol. 3:17).

100. Ewwilla l-profanazzjoni ta’ l-Isem t’Alla bil-ħalf u d-dagħa hu dnub hekk serju li għadbu jixgħel ukoll kontra dawk li ma jagħmlux dak kollu li jiġi minnhom biex ifixklu u jipprojbuh?

Iva, tabilħaqq (Lev. 5:1); għax ebda dnub mhu ikbar jew iżjed provokanti għal Alla milli nipprofanaw lil Ismu. Għal dir-raġuni wkoll ordna li jkun ikkastigat bil-piena kapitali (Lev. 24:10-17).

101. Allura m’għandniex permess naħilfu bl-Isem t’Alla jekk nagħmlu dan b’reverenza?

Iva, meta l-gvern jiddomanda dan, jew meta l-ħtieġa hekk tirrekjiedi, ħalli mmantnu u nippromwovu l-fedeltà u l-verità, għas-sebħ t’Alla u l-ġid tal-proxxmu; għax it-tali ħalf hu msejjes fuq il-Kelma t’Alla (Dewt. 6:13; 10:20; Ġer. 4:1-2; Lhud 6:16), u għalhekk kien użat sew mill-qaddisin fil-Patt il-Qadim u l-Ġdid (Ġen. 21:24; Ġoż. 9:15; I Slaten 1:29-30; Rum. 1:9; II Kor. 1:23).

102. Nistgħu naħilfu wkoll bil-qaddisin jew bi kreaturi oħra?

Le; għax ħalfa leġittma tfisser li qed issejjaħ ’l Alla bħala l-uniku wieħed li jfittex il-qalb, biex jixhed għall-verità, u jikkastigani jekk naħlef falz (Rum. 9:11; II Kor. 1:23). Ebda ħlejqa mhi denja ta’ dan il-ġieħ (Mt. 5:34-37; 23:16-22; Ġak. 5:12).

103. X’jirrekjiedi Alla fir-raba’ kmandament?

L-ewwelnett, li l-ministeru u l-edukazzjoni evanġelika jkunu mi

żmuma (Dewt. 6:4-9, 20-25; I Kor. 9:13-14; II Tim. 2:2; 3:13-17; Tit. 1:5), u li, speċjalment f’jum il-mistrieħ, nattendi b’diliġenza l-assemblea tal-poplu t’Alla (Dewt. 12:5-12; Salm 40:9-10; 68:26; Atti 2:42-47; Lhud 10:23-25) biex nitgħallem Kelmtu (Rum. 10:14-17; I Kor. 14:31-32; I Tim. 4:13), nipparteċipa fis-sagramenti (I Kor. 11:23-24), ninvoka ’l Alla pubblikament (Kol. 3:16; I Tim. 2:1) u nressaq l-offerta Kristjana għall-foqra (Salm 50:14; I Kor. 16:2; II Kor.8-9). It-tieni, li kull jum ta’ ħajti nistrieħ mill-għemejjel ħżiena tiegħi, inċedi lili nnifsi għall-Mulej biex jaħdem fija bl-Ispirtu tiegħu, u hekk nibda f’din il-ħajja is-Sabat etern (Isa. 66:23; Lhud 4:9-11).

104. X’inhi r-rieda t’Alla għalik fil-ħames kmandament?

Li nonora, inħobb, u nkunu leali lejn missieri u ommi, u dawk kollha li għandhom awtorità fuqi; li nobdi u nissottometti ruħi għalihom, kif inhu xieraq, meta jikkoreġuni u jikkastigawni (Esodu 21:17; Prov. 1:8; 4:1; Rum. 13:1-2; Ef. 5:21-22; 6:1-9; Kol. 3:18-4:1); kif ukoll nistabar bi dgħufijiethom (Prov. 20:20; 23:22; I Pt. 2:18), ladarba Alla jogħġbu jiggvernana b’idhom (Mt. 22:21; Rum. 13:1-8; Ef. 6:1-9; Kol. 3:18-21).

105. X’jiddomanda Alla minnek fis-sitt kmandament?

Jordnali li la bil-ħsieb, la bi kliemi, bil-ħars jew mossi, u wisq inqas b’għemil attwali, ma nkasbar, ninsulta, nobgħod, infieri jew noqtol lill-ġar tiegħi, u lanqas inkun kompliċi f’dan ma’ ħaddieħor (Ġen. 9:6; Lev. 19:17-18; Mt. 5:21-22; 26:52); aktarx, inwarrab minni kull desiderju għall-vendetta (Prov. 25:21-22; Mt. 18:35; Rum. 12:19; Ef. 4:26). I

żjed minn hekk, ma nagħmilx ħsara lili nnifsi u lanqas nipperikola lili nnifsi bi traskuraġni jew apposta (Mt. 4:7; 26:52; Rum. 13:11-14). Għalhekk, biex jirrestrinġi d-delitti, il-gvern hu armat bis-sejf (Ġen. 9:6; Esodu 21:14; Rum. 13:4).

106. Imma dal-kmandament jirreferi biss għall-qtil?

Filli jipprojbixxi l-qtil Alla jgħallimna li jistkerraħ l-għerq tal-qtil: l-għira, il-mibegħda, ir-rabja, u x-xewqa għat-tpattija (Prov. 14:30; Rum. 1:29; 12:19; Gal. 5:19-21; I Ġw. 2:9-11). F’għajnejh dan kollu hu qtil moħbi (I Ġw. 3:15).

107. Bi

żżejjed mela li ma noqtlux lill-proxxmu tagħna b’xi wieħed minn dawn il-modi?

Le. Billi jikkundanna l-ġelo

żija, il-mibegħda u s-saħna, Alla jridna allura nħobbu lil għajrna bħalna nfusna (Mt. 7:12; 22:39; Rum. 12:10): nistabru, naħdmu s-sliem, inkunu ġwejda, ħanina, u amikevoli miegħu (Mt. 5:3-12; Lq. 6:36; Rum. 12:10, 18; Gal. 6:1-2; Ef. 4:2; Kol. 3:12; I Pt. 3:8), nipproteġuh mid-deni daqskemm jiddependi minna, u nagħmlu l-ġid imqar lill-għedewwa (Esodu 23:4-5; Mt. 5:44-45; Rum. 12:20-21; Prov. 25:21-22).

108. X’inhi r-rieda t’Alla għalina fis-seba’ kmandament?

Kwalunkwe immoralità hi misħuta minn Alla (Lev. 18:30; Ef. 5:3-5), u għaldaqstant imissna nidditestawha mill-qalb (Ġuda 22-23) u ngħammru modestament u fis-safa, sew fiż-żwieġ imqaddes kif ukoll fl-istat ċelibi (I Kor. 7:1-9; I Tess. 4:3-8; Lhud 13:4).

109. F’dan il-kmandament Alla jipprojbixxi biss dnubiet skandalu

żi bħalma hu l-adulterju?

Ladarba ġisimna u ruħna huma tempji ta’ l-Ispirtu s-Santu, Alla jridna n

żommuhom it-tnejn nodfa u qaddisa. Għaldaqstant jipprojbixxi kull ħaġa li tħajjarna għall-impurità (I Kor. 15:33; Ef. 5:18), sew jekk inhi azzjonijiet, ġesti, diskors, ħsibijiet, jew xewqat (Mt. 5:27-29; I Kor. 6:18-20; Ef. 5:3-4).

110. X’jiċħdilna Alla fit-tmien kmandament?

Jiċħdilna mhux biss serq u ħell li huma kkastigati mill-qrati (Esodu 22:1; I Kor. 5:9-10; 6:9-10), imma jittimbra wkoll bħala serq kull qerq u tberbix tal-proxxmu tagħna bil-forza jew skemi taparsi leġittmi (Mik. 6:9-11; Lq. 3:14; Ġak. 5:1-6), bħalma huma kejl inġust fil-piż, fid-daqs jew fil-volum; negozju bil-brikkunaġni, flus foloz, użura, jew mezzi oħra projbiti mill-Mulej (Dewt. 25:13-16; Salm 15:5; Prov. 11:1; 12:22; Eżek. 45:9-12; Lq. 6:35). Aktar minn hekk ma jridniex inkunu rgħiba (Lq. 12:15; Ef. 5:5) u lanqas inberbqu l-għotjiet tiegħu bla skop (Prov. 21:20; 23:20-21; Lq. 16:10-13).

111. X’jitlob minnek Alla b’dan il-kmandament?

Li navvanza l-ġid tal-proxxmu fejn u meta nkun nista’, nittrattah bħalma nixtiequ jittratta lili, u nistinka fedelment biex inkun kapaċi nikkontribwixxi lill-foqra fil-b

żonnijiet tagħhom (Isa. 58:5-10; Mt. 7:12; Gal. 6:9-10; Ef. 4:28).

112. X’inhi r-rieda t’Alla għalik fid-disa’ kmandament?

Li ma nixhed falz kontra ħadd, ma ngħawwiġx kliem ħaddieħor, u ma nsefsifx jew inqasqas; ma niġġudikax u lanqas ningħaqad ma’ l-oħrajn fil-kundanna ta’ xi ħadd mingħajr ma jkun mismugħ jew mingħajr kaw

ża ġusta (Salm 15; Prov. 19:5; Mt. 7:1; Lq. 6:37; Rum. 1:28-32). Aktarx, għandi nevita l-gideb u ingann ta’ kull xorta bħala l-għemejjel proprji tax-xitan, li ma nniżżilx fuqi r-rabja intensa t’Alla (Lev. 19:11-12; Prov. 12:22; 13:5; Ġw. 8:44; Riv. 21:8). Jerġa’, fi kwistjonijiet ta’ ġudizzju u kull trattar ieħor imissni nħobb il-verità, nitħadditha sinċerament, u nistqarrha bil-miftuħ (I Kor. 13:6; Ef. 4:25); u daqskemm jiġi minni niddefendi u nippromwovi l-ġieħ u l-fama tajba tal-proxxmu (I Pt. 3:8-9; 4:8).

113. X’jistenna minnek Alla fl-għaxar kmandament?

Li lanqas l-iċken inklinazzjoni jew ħsieb kuntrarju għal xi wieħed mill-kmandamenti t’Alla m’għandu qatt jitqanqal f’qalbi; aktarx, imissni dejjem nobgħod id-dnub kontinwament b’qalbi kollha u nitgħaxxaq f’kulma hu sewwa (Salm 19:7-14; 139:23-24; Rum. 7:7-8).

114. Imma dawk konvertiti lejn Alla kapaċi jobdu dawn il-kmandamenti perfettament?

Le; f’din il-ħajja mqar in-nies l-aktar qaddisa jiksbu biss bidu ċkejken ta’ din l-ubbidjenza (Ekk. 7:20; Rum. 7:14-15; I Kor. 13:9; I Ġw. 1:8-10). Madankollu, b’għan serju u ħerqan, jibdew jgħixu mhux biss skond x’uħud, i

żda skond il-kmandamenti kollha t’Alla (Salm 1:1-2; Rum. 7:22-25; Fil. 3:12-16).

115. Għaliex, mela, Alla jrid l-għaxar kmandamenti pridkati strettament, ladarba ħadd m’għandu l-ħila josservahom f’din il-ħajja?

L-ewwelnett, biex matul għomorna kollu nsiru nafu aktar u aktar in-natura midinba tagħna, u hekk aktar bi ħrara nħarsu lejn Kristu għall-maħfra tad-dnubiet u l-ġustizzja (Salm 32:5; Rum. 3:19-26; 7:7, 24-25; I Ġw. 1:9). It-tieni, biex, filwaqt li nitolbu ’l Alla għall-grazzja ta’ l-Ispirtu s-Santu, ma nehdew qatt milli nħabirku ħalli kulma jmur niġġeddu fix-xbieha t’Alla, sakemm finalment nottienu l-perfezzjoni sħiħa wara dil-ħajja (I Kor. 9:24; Fil. 3:12-14; I Ġw. 3:1-3).

It-Talb

116. Għaliex it-talb hu meħtieġ għall-Kristjani?

Għax hu l-parti ewlenija tar-ringrazzjament li Alla jirrekjiedi minna (Salm 50:14-15; 116:12-19; I Tess. 5:16-18). Ukoll għax Alla jagħti l-grazzja u l-Ispirtu s-Santu lil dawk biss li jersqu quddiemu kontinwament u jokorbu fihom infushom, u jitolbuh dawn l-għotjiet u jroddulu ħajr għalihom (Mt. 7:7-8; Lq. 11:9-13).

117. Kif iridna nitolbu Alla hekk li talbna jogħġbu u jismagħna?

L-ewwelnett, jeħtieġ nitolbu mill-qalb, lil ħadd ħlief ’l Alla waħdu veru, li rrevela lilu nnifsu fil-Kelma, u nirrikjestaw kull ħaġa li kmandana nitolbuh (Salm 145:18-20; Ġw. 4:22-24; Rum. 8:26-27; Ġak. 1:5; I Ġw. 5:14-15). It-tieni, irridu nammettu l-bżonn u l-miżerja tagħna, bla ma naħbu xejn, u numiljaw lilna nfusna fil-preżenza majestuża tiegħu (II Kron. 7:14; Salm 2:11; 34:18; 62:8; Isa. 66:2; Riv. 4). It-tielet, jeħtieġ inserrħu fuq dan il-pedament sod: li avolja ma jistħoqqilniex, ċertament jagħti widen għat-talb tagħna minħabba Kristu Sidna, skond kif wegħdna f’Kelmtu (Dan. 9:17-19; Mt. 7:8; Ġw. 14:13-14; 16:23; Rum. 10:13; Ġak. 1:6).

118. Xi kmandana Alla nitolbuh?

Kulma neħtieġu, spiritwalment u fi

żikament (Ġak. 1:17; Mt. 6:33), kif inhu miġbur fit-talba li Kristu Sidna nnifsu għallimna.

119. Kif inhi din it-talba?

Missierna li int fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int fl-art, kif inhu fis-sema; ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, u aħfrilna djunna, bħalma naħfru aħna lill-midjunin tagħna, u la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna mill-ħażen: għax tiegħek is-saltna, u s-setgħa, u l-glorja, għal dejjem. Amen (Mt. 6:9-13; Lq. 11:2-4).

120. Għaliex Kristu kmandana nsejħu lil Alla Missierna?

Biex fil-bidu nett ta’ talbna jqanqal fina rispett bħal tat-tfal lejn Alla, u fiduċja fih, li għandhom isejjsu t-talb tagħna: jiġifieri, li Alla sar Missierna permezz ta’ Kristu, u wisq inqas jiċħdilna kulma nitolbuh b’fidi vera milli l-ġenituri tagħna jirrifjutawlna l-ħwejjeġ ta’ did-dinja (Mt. 7:9-11; Lq. 11:11-13).

121. Għaliex inżidu l-frażi li int fis-smewwiet?

Biex ma nħaddnu ebda ħsieb baxx dwar il-majestà smewwija t’Alla (Ġer. 23:23-24; Atti 17:24-25), u mill-qawwa omnipotenti tiegħu nistennew kull ħaġa neċessarja għall-ġisem u r-ruħ (Mt. 6:25-34; Rum. 8:31-32).

122. Xi tfisser l-ewwel rikjesta?

Jitqaddes ismek tfisser: Agħtina li nkunu nafuk tabilħaqq (Ġer. 9:23-24; 31:33-34; Mt. 16:17; Ġw. 17:3), inbirkuk, inqimuk, u nfaħħruk għall-għemejjel kollha tiegħek, li fihom jiddu l-qawwa, is-sapjenza, it-tjieba, il-ġustizzja, il-ħniena u l-verità tiegħek (Esodu 34:5-8; Salm 145; Ġer. 32:16-20; Lq. 1:46-55, 68-75; Rum. 11:33-36); u għaldaqstant nagħrfu nordnaw u nidderieġu ħajjitna, f’kulma naħsbu, inlissnu, u nagħmlu, b’tali mod li ismek qatt ma jisfa mżeblaħ, iżda aktarx imweġġaħ u mfaħħar minħabba fina (Salm 115:1; Mt. 5:16).

123. X’inhu s-sinifikat tat-tieni rikjesta?

Tiġi saltnatek tfisser: Gvernana bil-Kelma u l-Ispirtu tiegħek b’tali mod li kulma jmur nissottomettu rwieħna għalik (Salm 119:5, 105; 143:10; Mt. 6:33); ippriżerva u kabbar il-Knisja tiegħek (Salm 122:6-9; Mt. 16:18; Atti 2:42-47); eqred l-għemejjel tax-xitan; xejjen kull forza xewwiexa kontra tiegħek, u konfoffi ħżiena mnissla kontra l-Kelma Mqaddsa (Rum. 16:20; I Ġw. 3:8), sakemm saltnatek tkun kompluta u perfetta, u fiha tkun int kollox f’kulħadd (Rum. 8:22-23; I Kor. 15:28; Riv. 22:17, 20).

124. Xi rridu nfissru bit-tielet petizzjoni?

Ikun li trid int fl-art, kif inhu fis-sema hi talba biex Alla jagħti lilna u l-bnedmin kollha li nirrinunzjaw ir-rieda tagħna u mingħajr tgergir nobdu r-rieda tiegħu, li waħidha hi t-tajba (Mt. 7:21; 16:24-26; Lq. 22:42; Rum. 12:1-2; Tit. 2:11-12); ħalli hekk kull wieħed iwettaq il-kariga u s-sejħa tiegħu (I Kor. 7:17-24; Ef. 6:5-9) b’rieda tajba u lealtà bħalma jagħmlu l-anġli fis-smewwiet (Salm 103:20-21).

125. X’inhi t-tifsira tar-raba’ rikjesta?

Ħob

żna ta’ kuljum agħtina llum tfisser: Ħa jkun jogħġbok tipprovdielna għall-ħtiġijiet kollha tal-ġisem (Salm 104:27-30; 145:15-16; Mt. 6:25-34), ħalli hekk nagħrfu li int waħdek l-għajn ta’ kull ġid (Atti 14:17; 17:25; Ġak. 1:17), u li mingħajr barkietek la ħidmietna u l-bżulija tagħna u lanqas l-għotjiet tiegħek ma jkunu ta’ qliegħ għalina (Dewt. 8:3; Salm 37:16; 127:1-2; I Kor. 15:58); u għaldaqstant nirtiraw il-fiduċja tagħna mill-ħlejjaq kollha u nqegħduha biss fik (Salm 55:22; 62; 146; Ġer. 17:5-8; Lhud 13:5-6).

126. X’sinifikat fiha l-ħames petizzjoni?

Aħfrilna djunna, bħalma naħfru aħna lill-midjunin tagħna tfisser: Ħa jkun jogħġbok, f’ġieħ id-demm ta’ Kristu, li ma tgħoddx kontrina, midinbin miżerabbli, it-trasgressjonijiet kotrana tagħna, u lanqas il-ħażen li għadu mqabbad magħna (Salm 51:1-7; 143:2; Rum. 8:1; I Ġw. 2:1-2), bħalma wkoll insibu fina din ix-xhieda tal-grazzja tiegħek, li ninsabu determinati fis-sħiħ li naħfru lill-proxxmu tagħna mill-qalb (Mt. 6:14-15; 18:21-35).

127. X’importanza nsibu fis-sitt petizzjoni?

La ddaħħalniex fit-tiġrib, i

żda eħlisna mill-ħażen tfisser: Billi aħna hekk debboli fina nfusna li m’aħniex kapaċi nieqfu mqar waqt wieħed (Salm 103:14-16; Ġw. 15:1-5), u barra minn hekk, ladarba l-għedewwa mortali tagħna – ix-xitan (II Kor. 11:14; Ef. 6:10-13; I Pt. 5:8), id-dinja (Ġw. 15:18-21) u laħamna stess (Rum. 7:23; Gal. 5:17) qatt ma jehdew jassaltawna, ħa jkun jogħġbok tippriżervana u ssaħħaħna bil-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu tiegħek biex niqfulhom fis-sod u ma negħrqux f’din it-taqtigħa spiritwali (Mt. 10:19-20; 26:41; Mk. 13:33; Rum. 5:3-5), sakemm finalment niksbu vittorja sħiħa (I Kor. 10:13; I Tess. 3:13; 5:23).

128. Kif tikkonkludi din it-talba?

Għax tiegħek is-saltna, u s-setgħa, u l-glorja, għal dejjem. B’hekk irridu ngħidu: Dan kollu nitolbuh mingħandek għax bħala s-Sultan tagħna b’qawwa fuq il-ħwejjeġ kollha, inti trid kif ukoll kapaċi tagħtina kwalunkwe ħaġa tajba (Rum. 10:11-13; II Pt. 2:9), u hekk mhux aħna i

żda Ismek imqaddes ikun imsebbaħ għal dejjem (Salm 115:1; Ġw. 14:13).

129. X’sinifikat għandha l-klejma Amen?

Tfisser hekk ikun verament u ċertament. It-talba tiegħi hi i

żjed ċertament mismugħa minn Alla milli nħoss f’qalbi li tabilħaqq nixtieq dawn il-ħwejjeġ mingħandu (Isa. 65:24; II Kor. 1:20; II Tim. 2:13).

Copied by permission.

Traduzzjoni ta’ Paul Mizzi. Il-jeddijiet kollha mizmuma.
Ebda parti minn dan il-ktieb ma tista’ tigi riprodotta f’xi forma
minghajr il-permess bil-miktub tat-traduttur (http://www.tecmalta.org/).

Għal aktar kitbiet bil-Malti ikklikkja hawn.

Per risorse in italiano, clicca qui.

Show Buttons
Hide Buttons